Animal Awareness Day

Special Assembly

Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju, ħarġet ġurnata sabiħa, ġurnata ferm ideali biex toħrog barra għax-xemx tilgħab u tiddeverti.  Għalhekk il-klassi tar-raba’ sena ta’ Ms. Sephorah ippreżentaw diversi logħob tradizzjonali Malti waqt special assembly.  Waqt din il-preżentazzjoni, it-tfal urew diversi logħob li kienu jilagħbu t-tfal fl-imgħoddi, logħob li sfortunatament qed jintesa’ u jintilef.  Għallmuna kif tintlagħab Dawra Durella, Iż-Żunzana ddur iddur, Bum Bum il-Bieb, il-Passju u l-Qbiż tal-Ħabel.  Fl-aħħar urew ix-xewqa biex it-tfal tal-lum jagħżlu li jilagħbu logħob bħal dan minflok bil-kompjuter jew bil-PlayStation.  B’hekk inżommu ħajja l-identita’ tagħna bħala Maltin.